Whistleblower

Persuni jistgħu iwasslu t-tħassib tagħhom dwar prattiċi ħziena jew illegalitajiet fuq il-post tax-xogħol. Impjegati fis-servizz pubbliku jistgħu jirrappurtaw bil-miktub jew iċemplu

shadow whistle
scale whistleblower

Individwi li jirrappurtaw taħt l-Att ta’ Protezzjoni ta’ Informatur (Kap 527) għandhom jiżvelaw l-identità tagħhom mal-uffiċjal li jilqa’ r-rapport sabiex jingħataw l-istatus ta’ informatur u l-protezzjonijiet marbuta miegħu. Rapporti anonimi ma jippermettux talbiet għal kjarifiki jew li jingħataw aġġornamenti lill-persuna li tkun għamlithom.

Meta timtela’ l-formola jew issir telefonata, l-informazzjoni se tasal biss għand l-uffiċjal li jilqa’ r-rapporti u d-dettalji tiegħek mhux se jinxterdu sakemm ma tagħtix il-kunsens tiegħek.

23279650

Persuni jistgħu jirrappurtaw permezz tat-telefon u jagħfsu n-numru rilevanti għall-Ministeru. Jekk jogħġbok segwi l-istruzzjonijiet mogħtija fit-telefonata.

Il-Punti ta’ Kuntatt għall-Informaturi bħalissa qed tiġi aġġornata. Niskużaw ruħna għal kwalunkwe inkonvenjent.

Ministeru Numru tal-estensjoni
Uffiċċju tal-Prim Ministru OPM
1
Uffiċċju tad-Deputat Prim Ministru u Ministeru għas-Saħħa ODPM
2
Ministeru għall-Akkomodazzjoni u l-Artijiet MAL
3
Ministeru għall-Politika Soċjali u l-Familja MSF
4
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u l-Provvista tal-Ikel MAFF
5
Ministeru għall-Ekonomija, it-Teknoloġija u Proġetti Strateġiċi METP
6
​​​​​​​​​​​​​​​​​​​Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat MIV
7
Ministeru għal Għawdex MFG
8
Ministeru għall-Edukazzjoni u l-Isport MES
9
Ministeru għall-Enerġija, l-Ambjent u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir MEER
10
Ministeru għall-Finanzi​ MFF
11
Ministeru għall-Ġustizzja, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni MJRI
12
Ministeru għall-Ippjanar, l-Infrastruttura u x-Xogħol MIPE
13
Ministeru għat-Turiżmu MFT
14
Ministeru għall-Mobbilta’ Sostenibbli MSM
15
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej MFEA
16
Ministeru għall-Gvern Lokali u x-Xogħlijiet Pubbliċi MLGP
17
Ministeru għall-Fondi Ewropej, id-Djalogu Soċjali u l-Protezzjoni tal-Konsumatur MFDC
18
Ministeru għall-Intern u s-Sigurta’ MHS
19
Ministeru għall-Arti, il-Kultura u l-Wirt Nazzjonali MACH
20
Ministeru għaż-Żgħażagħ, il-Benesseri u l-Implementazzjoni tal-Programm Elettorali MYWI
Ministeru għall-Ugwaljanza u d-Drittijiet Ċivili MER
22